Esperti mediċi qalu fil-ġurnal lokali, The Times of Malta, li l-“morning-after pill” se tkun disponibbli fl-ispiżeriji fil-ġimgħat li ġejjin.
Kelliem għal Neofarma Pharmaceuticals qal li l-applikazzjoni biex din il-kontraċettiv tkun liċenzjata diġà ġiet sottomessa fejn hu maħsub li se tkun disponibbli fil-jiem li ġejjin.
L-istess kelliem qal mal-ġurnal li hu jista’ jikkonferma li l-morning-after pill se tkun disponibbli bejn ġimgħatejn u tliet ġimgħat oħra.
Hu qal li l-informazzjoni dwar il-mod ta’ kif din il-pillola se tkun qed tingħata, li mistennija toħroġ mill-Awtorità tal-Mediċini, se tkun faċilment disponibbli għall-ispiżjara wkoll.