Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil tkellem f’mass meeting f’Ħaż-Żabbar fejn għal darb’oħra attakka bla rażan lill-Prim Ministru, Joseph Muscat. “Għandna Prim Ministru mhux kapaċi,” qal Simon Busttil.
Fi triq fil-qalba tal-lokal fejn spikkaw il-bnadar tal-Partit Nazzjonalista, reġa’ spikkat l-għajta barra barra, li llum saret sinonima ma’ Simon Busuttil. Tant li hi għajta l-iktar li juża.
“Itlaqli ‘l barra issa minn hawn,” qal Simon Busuttil. Simon Busuttil tkellem dwar Malta. Għalih fl-aħħar erba’ snin Malta kienet sejra ħażin.
“Il-mannara waqgħet fuq pajjiżna,” qal Simon Busuttil.
Fil-mass meeting tkellem ukoll Beppe Fenech Adami li qal li l-Partit Nazzjonalista se jsir forza irreżistibli.