Il-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju ġie approvat mill-konferenza ġenerali straordinarja tal-Partit Laburista b’mod unanimu.
Il-manifest huwa wieħed estensiv u jinkludi wegħdi li se jkunu qed jaffettwaw iċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżna. Manifest li jinkludi fost oħrajn il-ħames wegħdi ewlenin li ħabbar Joseph Muscat fl-ewwel jiem tal-kampanja.\