Il-Qorti laqgħet ir-rikors li għamel il-Gvern biex il-mandat t’inbizzjoni li tressaq mill-BirdLife biex ma jinfetaħx l-istaġun tal-kaċċa għall-gamiem jinstema’ qabel id-dsatax t’April.
Ħabbar dan il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri fuq il-midja soċjali fejn spjega li l-każ tal-att tal-Mandat tal-Inibizzjoni ġie appuntat għal għada l-14 ta’ April.
B’hekk peress li l-każ se jibda għada, u f’każ li fi tmiem is-smigħ il-mandat proviżorju jiġi rtirat mill-Qorti, l-istaġun tal-kaċċa għall-gamiem ikun jista’ jiftaħ nhar il-Ħadd li ġej kif kien ippjanat.