L-assoċjazzjoni Medika Maltija ordnat strajk ta’ siegħa għal għada mit-tobba li jaħdmu fl-amministrazzjoni tas-saħħa pubblika.
Dan wara li l-unjin tat-tobba kienet irtirat l-azzjonijiet industrijali.
Il-MAM qalet li ordnat dan l-istrajk ta’ siegħa bi protesta, anki wara l-miżuri ġodda li tħabbru mill-awtoritajiet bħala prekawzjoni għat-tixrid tal-Covid-19.
Miżuri li tħabbru wkoll mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.