L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM, laqgħet il-miżuri ġodda li tħabbru llum biex jikkontrollaw it-tixrid tal-imxija, u kkonfermat li ssospendiet id-direttivi kollha tagħha.
Fi stqarrija, il-MAM qalet li l-miżuri li tħabbru mid-Deputat Prim Ministru u l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci, huma simili għal dak li talbet, u issa xejn ma jiġġustifika aktar azzjonijiet industrijali.
Dan ifisser li kemm id-direttivi ta’ interventi kirurġiċi u anki dawk fid-Dipartiment tal-Outpatients tal-Isptar Mater Dei, ġew sospiżi u kollox irritorna lura għan-normal.