L-Assoċjazzjoni Medika Maltija laqgħet il-miżuri mħabbra mill-Gvern biex irażżnu t-tixrid tal-infezzjonijiet tal-Coronavirus.
Il-MAM appellat lill-pubbliku, speċjalment lill-anzjani u lill-vulnerabbli, biex jibqgħu d-dar u kemm jista’ jkun ma jkollhom kuntatt ma’ ħadd.
Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni qalet li ż-żieda fl-infurzar u l-miżuri huma tajbin għas-saħħa pubblika, u nnutat b’sodisfazzjon ukoll il-pjan ta’ tilqim li miexi b’mod tajjeb u regolari.