L-Assoċjazzjoni medika Maltija, il-MAM iddikjarat tilwima industrijali għax qed tgħid li hemm ksur tal-ftehim kollettiv dwar it-trasferiment ta’ konċessjoni għal Steward Health care. Fi stqarrija, il-MAM allegat li l-gvern ipproċeda mingħajr konsultazzjoni u qbil.
Fi stqarrija, il-MAM ordnat azzjoni industrijali fis-setturi kollha tas-saħħa f’Malta u Għawdex minn nhar it-Tnejn 5 ta’ Frar. Barra minn hekk, il-MAM appellat lill-gvern biex jirtira l-kunsens għat-trasferiment tal-konċessjoni.
Intant, it-Tnejn filgħaxija, fil-Parlament, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-gvern jagħmel dak kollu possibbli biex is-sens komun jirrenja f’kull każ. Dr Muscat qal li diġa’ intqalet pubblikament li l-gvern daħal biex ikun ċert illi min ikun qed jagħmel ix-xogħol ta’ kuntrattur tal-parti l-oħra interessata, id-drittijiet tal-gvern u tal-poplu ma jkunux mittiefsa.
Il-parti kummerċjali bejn iż-żewġ kumpaniji nnegozjawhom il-kumpaniji u mhux il-gvern. Fuq kollox, il-Prim Ministru qal li l-polu Malti u Għawdxi ħa jkun qed igawdi bil-kbir, is-settur tas-saħħa se jibqa’ b’xejn bi professjonisti li s-settur privat irrekluta miegħu bħall-Prof. Albert Fenech.
Is-servizzi li se jkunu mogħtija se jibqagħu jkunu b’xejn għall-Maltin u l-Għawdxin imma jattiraw it-turriżmu mediku. Barra minn hekk hemm l-iskola ta’ Barths li se tkun qed tibda tiffunzjona b’mod sħiħ f’Għawdex.