L-għaqda Żminijietna appellat lill-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) biex tirtira l-azzjonijiet industrijali kontra l-ftehim tal-Gvern ma’ sptarijiet privati f’każi minuri ta’ emerġenza, għax huma moralment inġusti u jolqtu ħażin lill-pazjenti u l-impjegati.
Tenniet li tali azzjonijiet għandhom mottivi politiċi, mhux industrijali.
Żminijietna wkoll uriet l-apprezzament tagħha għall-investiment mill-Gvern fit-tkabbir tad-Dipartiment tal-Emerġenza.