L-Assoċjazzjoni Medika Maltija taqbel mad-deċiżjoni tal-Kumitat konġunt tal-parlament dwar is-saħħa, l-affarijiet soċjali u dak tal-familja, li kkonkluda li għandha tkun l-Awtorità tal-Mediċini li tiddeċiedi jekk il-morning-after pill għandhiex titħalla tidħol Malta, iżda din qatt m’għandha tinbigħ mingħajr riċetta tat-tabib.
Fi kliem l-Assoċjazzjoni l-morning-after pill, li bħal kull mediċina oħra għandha tkun bil-preskrizzjoni tat-tabib.
L-MAM stqarret li bħal mediċini oħra tal-ormoni għandhom indikazzjonijiet speċifiċi dwar kif dak li jkun jista’ jevita reazzjoni mhux mixtieqa. L-Assoċċjazzjoni spjegat li persuna jaf ikollha kundizzjonijiet oħra u li għalhekk jeħtieġu l-gwida tat-tabib jekk għandhomx jieħdu l-morning-after pill.
L-Assoċjazzjoni Medika Maltija qalet li s-sigurtá tal-pazjent għandha tinżamm dejjem bħala prijorità.