L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM, immexxija minn Dr. Martin Balzan baqgħet l-unika unjin li ma qablitx fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD, li tlaqqa’ l-Ħamis filgħaxija.
Il-MAM baqgħet kontra dak miftiehem anki fuq parir tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.
B’hekk l-assoċjazzjoni tat-tobba baqgħet bid-direttivi tagħha fis-settur tas-saħħa li jolqot lil kull ċittadin.
Anki l-unjin għall-infermiera u l-qwiebel, l-MUMN u l-Unjin Ħaddiema Magħqudin, il-UHM waqfu milli jagħmlu xi azzjonijiet industrijali.
L-MUMN waqfet minnufih bl-azzjonijiet industrijali tagħha wara ftehim milħuq dwar miżuri li ġew imfissra mill-Prim Ministru Robert Abela bħala bilanċjati għaliex iħarsu saħħet il-poplu iżda anki jissalvagwardjaw il-kwalità tal-ħajja tan-nies.