58% tal-Maltin jemmnu li s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea hija ħaġa tajba, filwaqt li l-medja Ewropea li wieġbet bl-istess mod għall-istess mistoqsija kienet ta’ 53%. Għalkemm tfisser li aktar Maltin jemmnu fl-UE mill-medja, tfisser ukoll li naqsu b’5% dawk li jemmnu li s-sħubija kienet ħaġa tajba.
Dan kollu rriżulta mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru.
X’kienu l-aktar kunċetti li l-Maltin jemmnu huma tajba u li tħaddanhom l-Unjoni Ewropea? Segwi l-filmat.