Fix-xhur li ġejjin, ċittadini Maltin u Għawdxin se jkollhom karta tal-identità ġdida.
Fil-fatt waslet fl-aħħar fażijiet tagħha l-produzzjoni tal-karta tal-identità ġdida li se tkun mgħammra b’diversi karatteristiċi ta’ sigurtà li l-għan tagħhom huwa li tħares l-identità tad-detentur.
Il-karta tal-identità l-ġdida se tkun magħmula b’teknoloġija avvanzata, b’karatteristiċi li l-għan tagħhom hu li jagħmluha diffiċli biex tiġi mbagħbsa jew iffalsifikata.
Fil-fatt id-dettalji tad-detentur se jkunu mnaqqsa bil-laser u l-karta se tkun magħmula minn materjal sigur ħafna magħruf bħala polycarbonate substrate
Waqt żjara li għamel fl-impjant fejn qed issir il-produzzjoni tal-tal-karta tal-identità l-ġdida, is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat semma kif din il-produzzjoni bdiet, hekk kif tnieda l-passaport Malti l-ġdid u l-karta ta’ residenza l-ġdida.