Is-sajf jinsab fl-eqqel tiegħu, u madwar 77% jmorru l-baħar minn tal-inqas darba fil-ġimgħa.
Tgħid dan statistika tal-Maltatoday, ibbażata fuq survey li għalih wieġbu 315-il persuna.
Hawn jirriżulta kif il-bajja tal-Għadira hija l-iktar waħda popolari, segwita mill-Armier, u l-Bajja s-Sabiha f’Birżebbuġa.
Għall-mistoqsija dwar jekk taqbilx ma’ strutturi tal-injam li jagħmlu l-aċċess għall-bajjiet iktar aċċessibbli, wieħed u sebgħin fil-mija wieġbu li dawn għandhom jitħallew kif inhuma.
Minkejja dan, fi żjara li għamilna f’Għar Lapsi, fejn għadha kemm saret struttura ġdida ta’ dan it-tip, u fl-Għadira, rajna l-apprezzament għal dan it-tip t’intervent.
Il-Malta Today irrapurtat ukoll li 5.5% ma jaqblux li għandu jkun hemm bajja waħda f’Malta u Għawdex li tkun allokata għal nies li jridu jgħumu bla malja. Madanakollu xi wħud jemmnu li dan id-dritt għandu jingħata.
Skont ir-riċerka li saret huma biss 15% tal-Maltin li jippreferu jmorru jgħumu f’pixxina flok bajja pubblika.
Intant rigward operaturi li jipprovdu sunbeds u umbrelel lin-nies fuq il-bajjiet: l-opinjoni kienet ċara, li dawn għandhom jaħdmu fil-parametri tal-liġi.
Fl-aħħar mill-aħħar ħaġa waħda toħroġ biċ-ċar, li l-bajjiet, il-baħar u x-xemx baqgħu parti integrali u popolari mill-ħajja tal-Maltin.