Fil-jum li bdew jitlaqqmu n-nies kontra l-Coronavirus f’pajjiżna, crew ta’ ONE News mar fit-toroq tal-Belt jistaqsi lin-nies jekk hux se jieħdu l-vaċċin ġaladarba jkun disponibbli għal kulħadd.
Ħafna wrew fiduċja fil-vaċċin u qalulna li qed iħarsu ’l quddiem li jitlaqqmu.
Staqsejniehom ukoll għaliex iddeċidew li se jieħdu, jew ma jiħdux, il-vaċċin. Huma qalulna:
“Għax hija pass tajjeb biex nevita li tkompli tinfirex il-marda.”
“Jekk huwa bżonjuż għas-safar għandi bżonnu żgur.”
“Safe l-vaċċin u l-unika mezz kif nistgħu nimxu ’l quddiem.”
“Biex forsi neħilsu minn din il-marda li qabdet mad-dinja kollha.”
“Ħa jkolli nittaqqab veru ta’ għax irrid nsiefer.”
“Insibni tajjeb biha u safe għalija minħabba il-Covid hux.”
“Għax jiena ftit sensittiva u ftit allerġika allura l-ewwel irrid nistaqsi lit-tabib imbagħad niddeċiedu.”
“Isserraħlek rasek żgur naħseb jien, ma nħalqitx għalxejn hux.”
“Nipproteġi lili nnifsi hekk jew b’hekk xorta nipproteġi lil ħaddieħor ukoll u nħossni iktar sikur.”
“Issa qed nifirħu għax sibnieha, issa ma noħduhiex? Jaqblilna noħduha hux vera?”