Sena wara oħra, iċ-ċifri tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika juru li s-safar tal-Maltin qiegħed jiżdied bl-eluf… u mhux biss f’pajjiżi Ewropej.
Fl-ewwel sitt xhur tas-sena, kienu aktar min tlett mitt elf ruħ li ħallew pajjiżna għal xi btala fil-maġġoranza tagħhom għażlu l-Italja u r-Renju Unit.
Madankollu, aktar minn 39 elf ruħ għażlu destinazzjoni barra l-kontinent u siefru f’pajjiżi bħat-Turkija li saru jiġbdu lejhom mhux biss żgħażagħ avventurużi iżda nies ta’ kull età/
Crew ta’ ONE News żar l-arjuport internazzjonali ta’ malta u tkellem ma’ Maltin li kienu għadhom kif waslu lura f’pajjiżna minn btala tagħhom.
Fost oħrajn inzertajna bosta li kienu għadhom kif waslu Malta minn Istanbul fit-Turkija.
Pajjiż li għandu storja sinjura b’kulturà differenti li iżda joffri bosta postijiet ta’ rikreazzjoni u avventuri.
Meta mistoqsijin jekk kinux imħajra jerġgħu jżuru dan il-pajjiż, ir-reazzjonijiet kienu varji.
U waqt li konna l-ajruport, iltqajna wkoll ma’ koppja Maltija li ħamsa u sittin sena ilu emigrat lejn l-Awstralja u għażla li jerġgħu lura pajjiżna biex igawdu s-sajf Malti għall-btala tagħhom.