Bħalissa, bosta Maltin u Għawdxin qed jużaw GOOGLE STREET VIEW, biex fost oħrajn ifittxu d-dar tagħhom jew postijiet oħra, biex jaraw jekk kienux inklużi fil-viżwal tat-toroq Maltin virtwalment. Dan hekk kif għall-ewwel darba dan is-sit tant popolari mat-turisti qed jinkludi ukoll lil Malta. Wieħed issa jista’ jimxi fit-toroq Maltin virtwalment. Iżda mhux qed jaraw it-toroq biss, qed jaraw ukoll numru ta’ Maltin li spiċċaw fuq dan is-sit mingħajr ma ntebħu f’xi mument partikolari.
Fil-fatt fl-2016, rajna għall-ewwel darba l-karozzi tal-kumpanija GOOGLE f’pajjiżna, li x’aktarx meta rajthom kienu qed jeħdulek ritratt mingħajr ma’ taf. Ritratt li llum qed jidher fil-viżwali virtwali tat-toroq.
Fil-fatt matul is-snin, fuq dan is-sit wieħed seta’ jinnota numru ta’ ritratti li fihom jidhru n-nies li minkejja li wiċċhom ma jidhirx xorta waħda nqabdu f’mument tad-daħk. Dawn huma uħud mir-ritratti li ġibdu l-għajn fuq dan is-sit:
Ritratti bħal dawn iżda tat-toroq ta’ pajjiżna diġà bdew jidhru ukoll. Bl-iktar tnejn popolari sa issa, fl-ewwel jum li qed naraw it-toroq Maltin fuq dan is-sit huma dawn it-tnejn: