Malta għandha l-ogħla rata ta’ obeżità fost l-Unjoni Ewropea kollha. 26% tal-Maltin huma obeżi.
Dan jikkonfermah il-Eurostat, fi statistika ppublikata llum. Jirriżulta li dawk bl-inqas rata ta’ obeżità huma r-Rumanija, l-Italja, l-Olanda, il-Belġju u l-Iżvezja.
Il-Maltin huma l-aktar obeżi, segwiti mill-Latvia, l-Ungerija, l-Estonja u r-Renju Unit.