Il-Maltin huma l-iżjed fiduċjużi mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea li sas-sena d-dieħla se jirkupraw ekonomikament mill-pandemija.
Dan skont stħarriġ tal-Ewrobarometru li sar bejn Frar u Marzu ta’ din is-sena. Hawn ħareġ kif 32% tal-Maltin huma fiduċjużi li sas-sena d-dieħla l-ekonomija f’pajjiżna se tirkupra.
Il-fiduċja tal-Maltin tiżboq sew il-medja Ewropea, li tlaħħaq it-23%.
Il-Ġermanja, magħrufa sew li hija ekonomikament b’saħħitha, għandha rata ta’ fiduċja ta’ 29%, il-Belġju għandu fiduċja ta’ 16% u Franza għandha rata ta’ 14%.
L-isteħħ stħarriġ juri wkoll kif kważi sittin tal-Maltin qalu li l-ekonomija ta’ pajjiżna tinsab f’sitwazzjoni tajba.
Din ta’ Malta taqbeż ill-medja Ewropea bid-doppju, hekk kif kienu 29% li qalu li l-ekonomija f’pajjiżhom tinsab fi stat tajjeb.
F’pajjiżi bħala Greċja, Spanja u l-Italja, kienu biss 10% jew inqas li qalu li l-ekonomija f’pajjiżhom tinsab f’sitwazzjoni tajba.
53% tal-Maltin jinsabu sodisfatti bil-miżuri li ħa l-Gvern Malti sabiex jikkontrolla l-imxija kontra din il-pandemija globali. F’dan il-każ, il-medja tal-pajjiżi Ewropej hija ta’ 43%.
Fl-Awstrija inqas min nofs tan-nies kienu sodisfatti bil-miżuri kontra l-imxija, filwaqt li fl-Italja u Franza kienu inqas 40% li huma sodisfatti bil-miżuri.