Il-membru parlamentari Ewropew Miriam Dalli qalet li l-Maltin kollha li jinsabu fi Strasburgo jinsabu kollha siguri.
Fi tweet, Dr Dalli qalet li tinsab fiċ-ċentru ta’ Strasburgu fejn għall-ħabta tad-9.00 p.m. seħħet sparatura li ħalliet raġel mejjet u sitta midruba qrib suq tal-Milied fi Strasburgo.
L-MEP Laburista Marlene Mizzi wkoll tinsab fi Strasburgo li fiha jitlaqqa’ l-Parlament Ewropew. Hija qalet li tinsab ftit minuti ‘l bogħod minn fejn seħħet l-isparatura iżda tinsab f’post sigur. Żiedet tgħid li minħabba l-attakk fiċ-ċentru tal-belt ta’ Strasburgo, ma jistgħux joħorġu minn restorant li jinsabu fih bħalissa.
I’m in #Strasbourg centre but safe. My thoughts & prayers with all who are injured. #StrasbourgMarket
— Miriam Dalli MEP (@Miriamdalli) December 11, 2018
Shooting in Strasbourg , we are simply a few minutes away from the danger area but WE ARE SAFE. We cannot leave the the restaurant we are in SR the moment 😩
— Marlene Mizzi, MEP (@MarleneMizzi) December 11, 2018