Il-Milied huwa żmien sinonimu mal-ġabra tal-ħbieb, il-familja u l-ikel.
Kien dan is-sentiment li esprimew diversi persuni li tkellem magħhom dan l-istazzjon, proprju jiem biss bogħod min-nhar il-Milied u l-bidu tas-sena l-ġdida.
Uħud jagħżlu li jqattgħu dan il-jum, barra minn xtutna, filwaqt li oħrajn jagħżlu li jibdew dan il-jum b’quddiesa.
Mistoqsija jekk għandhomx xi riżoluzzjoni, uħud qalu li ma jemmnux bihom, jew ma jżommuhomx, filwaqt li oħrajn qalu li tul is-sena li ġejja se jipprovaw itejbu lilhom infushom.
Wara dan iż-żmien ta’ festi, mogħni b’tant ikel u deżerti, ma jonqosx li riżoluzzjoni komuni fost dawk li tkellimna magħhom, kienet sabiex iħarsu l-piż u jikkontrollaw dak li jieklu, filwaqt li jgħixu ħajja aktar sana.