Il-Maltin jonfqu kważi d-doppju ta’ dak li jonfqu bħala medja l-Ewropej meta jkunu fuq btala.
Statistika tal-EUROSTAT turi kif Malta ġiet fit-tielet post tal-pajjiżi Ewropej li jonfqu l-iżjed fil-vaganzi.
Filfatt bħala medja l-Maltin jonfqu sitt mija u tlieta u tletin ewro meta jkunu turisti.
Dan filwaqt li ċittadini mil-Lussemburgu u l-Awstrija jonfqu ftit iżjed mill-Maltin waqt il-btajjel tagħhom.
Il-medja Ewropea hija ta’ tliet mija u sebgħa u sebgħin ewro kull persuna.
Bħala medja, il-Malti turist jonfoq mija u tmienja u għoxrin ewro kull lejl.
Il-EUROSTAT spjega li ċ-ċittadini Ewropej nefqu erba’ mija u sebgħa u sittin biljun ewro f’turiżmu matul is-sena elfejn u sbatax.
Erbgħa u erbgħin fil-mija ta’ dawn il-flus intefqu f’turiżmu domestiku filwaqt li l-bqija sar waqt btajjel barra l-pajjiż rispettiv.
L-ikbar infiq fit-turiżmu sar fi btajjel ta’ erba’ t’iljieli jew aktar.