Il-maġġoranza tal-Maltin jippreferu l-ħin tas-sajf. Dan ħareġ waqt il-konsultazzjoni pubblika li saret dalgħodu mal-partijiet interessati. Il-ħin tas-sajf bħalissa qiegħed jiġi diskuss fuq livell ewropew li kienet il-Kummissjoni Ewropea li nediet din id-diskussjoni. Kien għalhekk li f’Malta bdiet konsultazzjoni pubblika online – li għaliha pparteċipaw madwar elfejn u ħames mitt persuna kif ukoll konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u l-pubbliku in ġenerali.
B’rabta ma’ din it-tema, l-Ministeru Għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali ħa ħsieb li jagħmel studju xjentifiki tal-fehma pubblika b’mod partikolari tal-bdiewa u r-raħħala, min iħaddem kif ukoll persuni li jiġu minn setturi li huma affetwati minn dan it-tibdil fil-ħin.
L-eżidu ta’ dan l-istudju xejntifiku ser jiġi ppreżentat lill-Kabinett. Preżenti għal din il-konsultazzjoni Pubblika kien hemm il-Ministru Helena Dalli flimkien mas-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia.