Il-Maltin jikklasifikaw fis-sitt post fost il-persuni li jieħdu minn tal-inqas ħames frottiet jew ħxejjex kuljum. Dan skont l-istatistika tal-Eurostat, li tgħid li persuna waħda minn kull seba’ fl-Unjoni Ewropea u li għandhom ‘il fuq minn 15-il sena, jieħdu minn tal-inqas ħames frottiet jew ħxejjex ta’ kuljum.
Filwaqt li persuna waħda minn kull tlieta ma tieħu l-ebda frotta jew ħxejjex kuljum.
Skont din l-istatistika, fl-2014 l-Ingliżi kienu l-aktar nies li jieħdu minn tal-inqas ħames porzjonijiet ta’ frott jew ħxejjex kuljum filwaqt li r-Rumeni jikklasifikaw fl-aħħar f’din il-lista.