Mart il-Prim Ministru u President ta’ l-iSpecial Olympics Malta, Dr Lydia Abela, ippreżentat il-midalji lir-rebbieħa li ppartecipaw fil-logħob tal-ghawm tul il-jum tat-Tnejn bħala parti mil-logħob tal-iSpecial Olympics.
Dan waqt ċerimonja tal-għoti tal-midalji fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal Qroqq.
Fuq il-podju tal-għoti tal-midalji spikkat il-preżenza kbira ta’ atleti Maltin li rnexxielhom jiksbu riżultati mill-aqwa u saħansitra anke midalji tad-deheb.
Fost dawn kien hemm Maria Pia Saliba, atleta Maltija ta’ 24 sena.
Qalet, “Mort sew ħafna fiha. L-esperjenza kienet sabiħa ħafna u l-istroke li għamilt ħassejtni mort tajba fiha u kont sew ħafna.”
Tkellimna wkoll ma’ Benjamin Camilleri, atleta Malti li, fil-logħob tat-Tnejn, irnexxielu jikklassifika fit-tieni post. Hawn spikkat id-determinazzjoni tiegħu li, minkejja riżultat eċċellenti, id-darba li jmiss jikkompeti għall-midjala tad-deheb.
Spjega, “For me, to get more gold medals and less second place, I need to train harder with my coach, I need to swim harder and train harder. The next step in my future is to go to Berlin in 2023 and get gold.”
Wara ċ-ċerimonja tal-għoti tal-midalji, ONE News tkellem ukoll mal-President tal-iSpecial Olympics Malta, Dr Lydia Abela, li esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għas-suċċess li qed jiksbu dawn l-atleti f’dan il-logħob ta’ inklużjoni.
Qalet, “Sodisfatta ħafna, speċjalment meta nara lill-atleti Maltin li qed jiksbu numru ta’ midalji u qed niċċelebraw ilkoll flimkien l-inklussività. Qed niċċelebraw is-saħħa, id-determinazzjoni ta’ dawn l-atleti, li minkejja d-diżabbiltà intellettwali tagħhom xorta jibqgħu jippersistu mhux biss biex imorru tajjeb huma imma wkoll narawhom jgħinu lil sħabhom l-oħra biex huma wkoll imorru tajjeb.”
Intant, fil-jum tat-Tnejn ukoll, kien it-tim Malti li rebaħ l-ewwel logħba li qatt saret fl-istorja tal-Ispecial Olimpics magħrufa bħala Unified Waterpolo.
F’dan il-logħob ħadu sehem kemm atleti b’diżabilità intelletwali u oħrajn li m’għandhomx, fejn ħareġ biċ-ċar kemm l-inklużjoni tista’ sseħħ anke fil-qasam sportiv.
Malta rebħet kontra atleti internazzjoni bi skor ta’ għaxra kontra erbgħa.
Il-logħob tal-Olimpijadi Speċjali jkompli llum u anke għada. Iċ-ċerimonja tal-għeluq se ssir it-Tlieta filgħaxija.