Hekk kif it-temp beda jaqleb għat-temp li hija magħrufa għalih Malta, aktar u aktar nies qiegħdin jinżlu fid-diversi bajjiet madwar Malta u Għawdex biex igawdu l-baħar.
ONE News mar fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa tul il-jum tal-ħadd, fejn bosta persuni kienu fuq ir-ramel ma’ sħabhom u l-familji tagħhom.
In-nies li tkellmu ma’ dan l-istazzjon stqarru kif ħadu l-opportunità biex f’ġurnata sabiħa tal-Ħadd niżlu sal-bajja sal-bajja biex jiddevertu.
Apparti minn hekk, bosta nies niżlu sal-Bajja Sabiħa wara ġimgħa ta’ ħidma u studju, fejn straħu qabel terġa’ tibda ġimgħa ta’ xogħol oħra.