Rapport Ewropew imħejji mill-European Observatory – istituzzjoni indipendenti Ewropea li taħdem taħt l-awspiċi tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa – innota l-progress kbir li għamlet Malta fil-qasam tas-saħħa.
L-aħħar rapport ta’ dan it-tip kien sar fl-2014, u kien qal li fil-qasam tas-saħħa f’pajjiżna jeżistu diversi sfidi. Ir-rapport juri li l-Maltin jgħixu 90% ta’ ħajjithom f’saħħithom – l-ogħla rata fl-Ewropa.
Ir-rapport jagħti ħarsa lejn ir-riżorsi umani fis-settur, fejn jinnota li n-numru ta’ infermiera f’pajjiżna żdied minn 709 għal kull 100,000 persuna fl-2012, dan żdied għal 867 għal kull 100,000 persuna fl-2015.
Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne irrikonoxxa l-kisbiet u semma wkoll l-isfidi. Ewlenin fosthom semma l-obeżità, id-dimensja u l-popolazzjoni dejjem tixjieħ – sfidi li dan il-Gvern qed jieħu diversi miżuri biex jindirizzahom.
Ritratt: The People of Malta