Spettaklu kbir waqt l-attivita’ ta’ Combat Sports ‘Thunderstrike Showdown’ organizzata minn The Arena Combat Sports Promotions. Is-serata inkludiet ġlidiet fid-dixxiplini tal-MMA, Kickboxing, Boxing, Muay Thai u K1.
B’kollox kien hemm 28 ġlieda, li 7 minnhom kienu għal titlu. Il-maltin reġgħu iddominaw fuq il-barranin. Sitta mis-seba’ titili internazzjonali ġew proprju mirbuħa mil-maltin.
Ritmay Spiteri rebħet it-titlu tal-K1 b’rebħa fuq l-atleta minn Sqallija Stefania Ferraro.
Victor Galea fil-qasam tal-Kickboxing rebaħ lill-isqalli Angelo Ciraldo.
Aidan Vassallo rebaħ il-ġlieda Boxing fuq il-brittanniku Connor Somerville.
Lydon Xuereb rebaħ fil-Boxing lill-brittanniku Luke Hills b’technical knock out.
Iyvin Abdilla rebaħ fil-qasam tal-Mixed Martial Arts lill-atleta mill-Georgia Alika Gabeghava.
Aleandro Schembri Manicaro rebaħ fil qasam tal-Mixed Martial Arts lit-taljan Sergio Leveque.
Martin Antevski tilef mal-isqalli Alessio Raciti fil-ħlieda K1.
Shaun Mc Alistair rebaħ fil-qasam tal-Muay Thai full rules mall-isqalli Edoardo Colla.
Zack Calleja rebaħ lill-isqalli Matteo Palermo fil-qasam tal-Boxing.
Wayne Spagnol rebaħ lit-taljan Jacopo Brancher ukoll fi ġlieda Boxing.

Il-promotur ta’ dan l-avveniment Simon Chetcuti irringrazzja lill-klabbs lokali u internazzjonali li ħadu sehem flimkien mal-pubbliku numeruż li attenda.
L-avveniment li jmiss organizzat minn The Arena Combat Sports Promotions se jkun is-Sibt 20 ta’ April bl-isem ta’ FIST TO FIST.




