Għal darb’oħra f’inqas minn xahar il-maltin reġgħu iddominaw ix-xena f’avveniment ieħor ta’ Combat Sports lis ar is-sibt 20 t’April. L-avveniment bl-isem ta’ ‘Fist to Fist’, kien imtella’ minn The Arena Combat Sports Promotions f’Hal Farruġ.
Wara s-suċċess f’Marzu, l-maltin reġgħu kisbu riżultati sbieħ meta rebħu seba’ titili min tmienja.
Ir-rebbieħa tat-titli prinċipali kienu Leon Montanaro li għeleb avversarju sqalli Stefano pellegrini fil-qasam tal-K1 Rules.
Iyvin Abdilla rebaħ lill-isqalli Marco Palermo ukoll fil-K1 Rules.
Roween Reed rebaħ lis-serb Rodovan Kuburjovic fl-MMA.
Dejean Żammit rebaħ lit-taljan Rodovsn Raiti fl-MMA.
Fil-Boxing Owen Borġ rebaħ lit-taljan Luca Firullo.
Victor Galea iddefenda t-titlu fil-Kickboxing meta għeleb lit-taljan Manuel Rosito.
Fil-ġlieda prinċipali tas-serata, Aidan Vassallo rebaħ fil-Boxing lit-taljan Massimo Lentini.
Min-naħa tagħha, Shania Mallia tifet bil-punti fil-Boxing kontra t-taljana Zaira Gallito.
Pubbliku numeruż attenda għal dan l-avveniment, bil-promoter Simon Chetcuti esprima s-sodisfazzjoni għas-suċċess u l-koperazzjoni li sab.
Il-ġlidiet kienu sanzjonati mid-WKA International u l-liċenzji tal-atleti huma kollha liċenzjati taħt il-kappa tal-istess federazzjoni WKA.
Intant fil-15 ta’ Ġunju s essir l-attivita’ li jmiss organizzata minn The Arena Combat Sports Promotiuons blk-isem ta’ ‘Fight for glory’ f’Hal Farruġ. Aktar informazzjoni mingħand Simon Chetcuti fuq 7908 3686
Il-klabbs li ħadu sehem fl-20 ta’ April kienu:
TEAM SPARTANS / TEAM GOLDEN GLORY / TEAM PROJECT X / TEAM COOKE / TEAM MALTA THAI BOXING/ TEAM KEMPO / TEAM TRAP HOUSE / TEAM BOGON / TEAM DBC / TEAM GOZO FIGHT CLUB / TEAM KNOCK OUT / TEAM CONDITIONED / TEAM CHEKMATE / TEAM FIGHT LEGION / TEAM WHITE ANGEL / TEAM JALEN QAWRA / TEAM BASEMENT / TEAM FIRULLO / TEAM PITBULL / TEAM SHARK / TEAM RUBINO / TEAM CLEMENTE