It-timijiet maltin komplew jiksbu aktar rebħ u meta għad jonqos ġurnata logħob jinsabu ċerti li qatgħu l-passaġġ għall-fażi tan-knockout.
It-tim tal-irġiel kiseb rebħa ta’ 12-9 fuq New Zealand u issa jinsab ċert f’ post fil-kwati tal-finali li ser jintlagħbu għada f’ nofs in-nhar ħin ta’ Malta.
It-tim taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tminntax il sena qabad ritmu tajjeb u kiseb erba’ rebħiet konsekuttivi kontra l-Irlanda A 7-2, Skozja A 6-3 u kontra ż-żewġ timijiet tal-Irlanda ta’ Fuq A u B 6-3 biex issa jinsab fl-ewwel post fil-grupp flimkien mat-timijiet tal-Awstrajla u South Africa.
It-tim tal-Over 50’s kiseb l-aħħar rebħa fuq South Africa 9-6 u kiseb post fis-semi finali kontra t-tim nazzjonali ingliż, logħba li ser tintlagħab għada l-Ħamis fit- 8 pm ħin ta’ Malta.
It-timijiet Maltin tad-doubles tal-irġiel, Clayton Castadi u Gary Carr kif ukoll Dejan Grech u Ryan Pisani ikkwalifikaw għas-semi finali fejn ser jiltaqgħu kontra timijiet Ingliżi bil-logħob skedat għal għada fis-1.30 pm ħin ta’ Malta.
It-tim Malti tad-doubles tal-Over 50’s ukoll għamilha għas-semi finali. Ray Caruana u Antoine Aquilina jkunu fl-azzjoni kontra it-tim mill-Awstralja bil-logġba tintlagħab għada fil-4.30 pm ħin ta’ Malta.