Hekk kif illum hija festa pubblika, l-Imnarja, u l-maġġoranza tan-nies ma jkunux xogħol, bosta rħewla lejn il-bajjiet Maltin biex jiġġieldu s-sħana u jiffriskaw fil-baħar.
Dan jidher ċar minn Skyline Webcams, li juru kif il-bajjiet huma mimlijin daqs bajda. Fost oħrajn, bosta nies għażlu l-Bajja ta’ Għajn Tuffieħa u l-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.
Illum it-temperatura qed tinħass 39 grad celcius u din hija waħda mill-iktar jiem sħan sa issa fix-xahar ta’ Ġunju. Huma ħafna ukoll li għażlu li jeħduha franka mix-xogħol anke l-Ġimgħa u għalhekk se jkunu qed igawdu minn vaganza twila.
Dawn huma ritratti minn numru ta’ bajjiet:

13:00 – Il-bajja ta’ Għajn Tuffieħa

13:00: Il-bajja ta’ San Ġiljan

13:00: Il-bajja ta’ Birżebbuġa