Bil-maratoni kollha għal ġbir ta’ fondi li jkollna f’pajjiżna u r-rieda tajba tal-poplu Malti, forsi ftit li xejn kienet sorpriża din l-aħbar. Malta tinsab fit-tielet post fost l-aktar ġenerużi fid-dinja, flimkien mal-Awstraljani. Dan skont is-sit Gallup.com, immexxija minn aġenzija speċjalizzata fl-analitika u l-istatistika. Jekk int wieħed minn dawk li dan l-aħħar daħħalt idejk fil-but, ħaqqek prosit talli ninsabu minn ta’ quddiem. Forsi jonqos li tagħti ftit ieħor biex ngħelbu lill-Myanmar u l-Indonesia.