Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena kien hemm iktar Maltin li siefru milli kien hemm fl-ewwel tliet xhur tas-sena li għaddiet. Tant li l-vjaġġi li bdew minn Malta lejn destinazzjonijiet oħra żdiedu bi 11.4%.
Bejn Jannar u Marzu kienu ftit iktar minn 115,000 dawn it-tip ta’ vjaġġi u kif mistenni baqgħu l-iktar popolari dawk lejn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. B’56.5% l-Italja u r-Renju Unit kienu l-iktar destinazzjonijiet popolari. Tant li kienu l-għażla għal iktar minn nofs il-Maltin li ħallew pajjiżna bħala turisti. L-iljieli li l-Maltin għaddew lil hinn minn xtutna f’dan li hu l-aħħar perjodu tax-xitwa żdiedu b’6.7% u għalhekk laħqu s-705,845 lejl.
F’dan il-perjodu l-Maltin li siefru nefqu 92,800,000, medja ta’ €806kull vjaġġ.