Hawn Malta, aktar nies ipejpu t-tabakk mill-medja Ewropeja, b’24% taċ-ċittadini li għandhom aktar minn ħmistax-il sena jikkunsmaw it-tabbakk.Statistika tal-Eurostat turi li persuna minn kull erbgħa li għandha ‘l fuq minn ħmistax-il sena fl-Unjoni Ewropea tpejjep it-tabakk filwaqt li persuna minn kull ħamsa hija meqjusa bħala passive smoker, jiġifieri tkun fil-preżenza ta’ nies li jpejjpu.
Dan ifisser li fl-2014, 76% ta’ persuni li jgħixu f’pajjiżi Ewropej u li għandhom ħmistax ‘il sena jew aktar ma kkunsmawx tabbakk filwaqt li 19.2% pejpu tipi differenti ta’ tabbakk kuljum. Kienu 4.7% li jikkunsmaw it-tabbakk f’okkażżjonijiet differenti biss, eżempju meta joħorġu fi tmiem il-ġimgħa.
L-istatistika ppublikata mill-Eurostat turi kif kienu aktar l-irġiel li kkunsmaw it-tabbakk fl-2014 b’28.7% filwaqt li kienu 19.5% tan-nisa li pejpu t-tabbakk. F’pajjiżna huma 72.4% l-irġiel li jpejpu ta’ kuljum u 20.6% tan-nisa li jikkunsmaw din is-sustanza kuljum.
L-inqas numru ta’ persuni li kkunsmaw it-tabbakk kien fl-Isvezja u r-Renju Unit filwaqt li l-akbar numru ta’ nies li kkunsmaw it-tabbakk kien irreġistrat fil-Bulgarija u l-Greċja.