Politico Europe hija gazzetta ibbażata Brussell li toħroġ kull ġimgħa u li titratta suġġetti ta’ interess Ewropew. Fl-aħħar ħarġa kien ippublikat stħarriġ dwar l-ammont ta’ taxxa li ħaddiema Ewropej jridu jaħdmu fis-sena, sabiex ikunu jistgħu jħallsu t-taxxi. L-istudju twettaq skont statistika Ewropea u nazzjonali dwar kull pajjiż, u skont il-paga meda li jaqla’ ħaddiem f’uffiċju. Il-komputazzjoni tat-taxxa mbagħad twettqed mill-kumpanija Ernst and Young.
Jirriżulta li fost 28 pajjiż, Malta tinsab ta’ qabel tal-aħħar fl-ammont ta’ jiem li ħaddiema jridu jaħdmu f’sena biex iħallsu t-taxxi. Filwaqt li ħaddiema Franċiżi jridu jaħdmu 210 jum u jinsabu fil-quċċata tal-lista, il-Maltin jridu jaħdmu 107 jum. Jissuperawna biss iċ-Ċiprijotti, li jridu jaħdmu 87 jum.
L-istudju kien imwettaq mill-Institut Économique Molinari, u juri li l-Belġju m’għadux l-aktar pajjiż b’taxxi għolja, wara li l-Gvern tal-Prim Ministru Charles Michel naqqas ir-rata tat-taxxa bi ftit aktar minn żewġ punti perċentwali, għal 56.7%.
Ir-riżultati tal-istħarriġ jinsabu f’din it-tabella