Il-Maltin huma fost l-iktar persuni sodisfatti bir-relazzjonijiet personali tagħhom.
Dan ħareġ minn statistika tal-eurostat li sab kif il-Maltin, flimkien mal-Irlandiżi, l-Awstrijaki u l-Isloveni huma l-iktar persuni sodisfatti bir-relazzjonijiet personali tagħhom b’ punteġġ ta’ 8.6 mill-massimu ta’ għaxra għas-sena 2018. Warajhom hemm Ċipru, l-Iżvezja, l-Finlandja u r-Repubblika Ċeka b’punteġġ ta’ 8.3.
Kif turi l-grafika tal-eurostat pajjiżna ra żieda f’dan il-punteġġ mis-sena 2013.
Biex b’hekk pajjiżna ġab punteġġ li jaqbeż sew il-medja ewropea ta’ 7.9 għas-sena 2018 u dak ta’ 7.8 għas-sena 2013. Il-pajjiżi li ġabu l-inqas punteġġ kienu il-Bulgarija b’6.6 , il-Greċja b’7.1 u l-Kroazja b’7.5.