F’Diċembru tal-elfejn tnejn u għoxrin, ir-rata ta’ Maltin li siefru f’dan ix-xahar kien it-tielet l-aqwa minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.
Minn dawn iċ-ċifri ħareġ li f’dan ix-xahar imsemmi, l-ammont ta’ Maltin li marru għal btala kien ta’ kważi tnax fil-mija.
Ir-rata ta’ safar f’pajjiżna f’Diċembru tal-2022 kienet tiżboq ir-rata ta’ safar fil-medja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, b’din ir-rata hija ta’ 8.6%.
Bid-differenza meta mqabbla ma’ rata ta’ Malta hija ta’ aktar minn 3.2%.
F’dan ix-xahar imsemmi kienu biss ir-Rumanija u l-Bulgarija li qabżu r-rata tas-safar ta’ pajjiżna. Dan filwaqt li l-inqas ċittadini li siefru f’Diċembru tal-2022 kienu fil-Greċja, il-Litwanja u l-Iżvezja – bir-rata tagħhom kienet ta’ ftit iżjed minn sitta fil-mija jew inqas, rispettivament.
B’dan ifisser li f’Diċembru ta’ din is-sena msemmija, il-Maltin nefqu aktar biex marru f’pajjiż ieħor biex igawdu fi żminijiet ta’ festi.
Ta’ min jgħid ukoll li fil-bidu tal-elfejn tnejn u għoxrin kien għad hemm restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar marbuta mal-pandemija globali, waqt li fl-aħħar ta’ Frar ta’ din is-sena bdiet il-gwerra fil-Lvant tal-Ewropa, li waslet fost oħrajn għall-inflazzjoni.