It-tagħlim tal-lingwa Maltija ser jibqa’ jissaħħaħ f’ kull livell u ser ikun mgħallem ukoll b’ mod speċjalizzat għal ħtieġa ta’ dak li jkun.
Iċċara dan il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo li qal kif it-tgħallim tal-Malti se jsir obbligatorju wkoll għal dawk il-barranin li jgħixu f’pajjiżna, u kif ukoll obbligatorju għal dawk li jkomplu jistudjaw fl-Università ta’ Malta fl-MCAST u fl-ITS, fejn sa issa dan ma kienx obbligatorju sabiex tidħol f’ istituzzjoni partikolari.
Il-Ministru Bartolo qal ukoll kif f’ dawn l-istituzzjonijiet ser jibda jiġi mgħallem ukoll Malti speċjalizzat kif isir b’ lingwi oħra, fost dawn insibu l-Ingliż immirat għas-servizzi finanzjarji.