Qed tibqa’ tingħata l-impressjoni ħażina li t-tfal Maltin se jiġu mgħallma l-Malti bħala lingwa barranija. Dan mhux minnu, kif ġa ntqal fi stqarrija wara l-oħra li ħareġ il-Ministeru.
Fuq il-punt li l-Malti bħala lingwa barranija għandu jkollu ċertifikazzjoni ta’ Livell 3 tal-MQF, il-Ministeru jemmen li ladarba l-istudenti fl-iskejjel diġà jistgħu jistudjaw lingwi oħrajn mgħallma bħala lingwa barranija sa Livell 3, il-Malti bħala lingwa barranija m’għandux ikun stmat bħala lingwa inferjuri. L-istudenti barranin għandhom jingħataw l-opportunità jistudjaw il-Malti bħala lingwa barranija sa Livell 3 tal-MQF jew ekwivalenti skont il-Qafas Komuni Ewropew għat-Tagħlim tal-Lingwi Barranin (CEFRL).
Dan intqal fi stqarrija mill-Ministeru tal-Edukazzjoni.