Ivan Barbara, il-Malti li tilef ħajtu traġikament b’kawża tal-Covid-19 fl-Indja, ġie kremat. Huwa kellu sebgħa u erbgħin sena u kien l-Indja ma’ martu biex jadottaw tifla meta rriżulta fil-pożittiv għall-COVID-19.
Il-kundizzjoni tiegħu qelbet għall-agħar waqt li kienu għadhom barra minn xtutna, u lbieraħ ONE News irrapporta li l-Mali miet fl-air ambulance li kien mistenni jirritorna Malta biha l-Ġimgħa filgħaxija.
Skont sorsi viċin tal-familja, id-data tal-kremazzjoni ħabtet eżatt mad-19–il anniversarju miż-żwieġ tal-koppja. Mart u bint il-vittma mistennija jaslu Malta l-Ħadd filgħodu, u għalkemm kienu rriżultaw pożittivi għall-Covid-19 waqt li kienu l-Indja, issa huma negattivi.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin stqarru li kellhom kuntatt mal-familja, u l-Kummissarju Għoli Malti għall-Indja, Reuben Gauci stqarr kif qed jieħu ħsieb lill-familja Barbara, u jaħdem għar-ritorn tagħhom malajr kemm jista’ jkun.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/04/30/imut-il-malti-li-marad-bil-covid-19-fl-indja-3/