Il-plejer internazzjonali Malti Joseph Zerafa llum spiċċa fil-ġurnal ‘The Sun’ hekk kif pajjiżna llejla ser ikun qed jaffaċja lit-tim nazzjonali Ingliż fil-grawnd ta’ Wembley.
Fuq il-ġurnal ‘The Sun’ f’paġna fuq is-sezzjoni tal-sports, l-internazzjonali Malti jgħid li qiegħed jerġa’ jħares ‘il quddiem biex jilgħab il-logħba tal-futbol fl-Ingilterra, mhux biss illum izda fil-ġejjieni.
Zerafa sostna li huwa ser ikun qed juża l-logħba tal-llum ukoll biex juri t-talenti tiegħu għaliex jixtieq li hekk kif jispiċċalu l-kuntratt ma’ Birkirkara, iġifieri fit-tmiem l-istaġun li ġej, jerġa’ jerħila lejn l-Ingilterra.
Wara l-esperjenza tiegħu ta’ tliet snin ilu li f’inqas minn tliet xhur irnexxilu minn non-league team jagħmila għall-ħames diviżjoni tal-Ingilterra, Zerafa qiegħed jaspira li issa jilgħab f’ League 2, League 1 u saħansitra forsi Championship.