U tassew il-Maltin huma f’aptithom, hekk kif statistikat al-Eurostat turi li l-Maltin huma fost tal-ewwel li jħossuhom b’saħħithom.
Il-Maltin huma s-seba’ l-aktar poplu li jħossu lilhom infushom b’saħħithom fost l-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea.
Statistika maħruġa mill-Eurostat turi li kważi tlieta u sebgħin fil-mija tal-Maltin jħossu li huma b’saħħithom meta l-medja Ewropea hija 67.5%
Dan filwaqt li l-medja hi sebgħa u sittin punt ħamsa fil-mija.
L-aktar pajjiż li ċ-ċittadini tiegħu jħossu li huma b’saħħithom huwa l-Irlanda filwaqt li l-Litwanja tinsab fl-aħħar post f’din l-istatistika.
L-istatistika nġabret matul l-elfejn u sittax u l-irġiel wieġbu aktar li jinsabu b’saħħithom min-nisa.
Fil-fatt sebgħin fil-mija tal-irġiel Ewropej qalu li huma b’saħħithom.
Dan għal kontra tan-nisa, li huma ħamsa u sittin fil-mija li wieġbu li jħossuhom fi stat ta’ saħħa tajjeb.
70.1% tal-irġiel Ewropej iħossuhom b’saħħithom mentri 65.2% tan-nisa Ewropej iħossuhom b’saħħithom
L-istatistika tgħid ukoll li persuni b’livell ta’ edukazzjoni għoli wieġbu aktar li jinsabu b’saħħithom minn dawk b’livell ta’ edukazzjoni baxxa.