Il-maltemp li laqat lill-gżejjer Maltin, partikolarment lil Għawdex, għamel ħsara wkoll fil-Bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat Għawdex.
Filmat u ritratti ppubblikati fuq il-paġna ta’ facebook tal-Bażilika wrew ħsarat estensivi hekk kif nar, kawża tas-sajjetti, ħa fil-meters tas-sistema ta’ dawl tal-Knisja.
Kawża ta’ dan hemm ħafna trab ukoll fil-Knisja u riżultat ta’ hekk matul il-jum ma jistax isir quddies.
L-Arċipriet talab għall-għajnuna tan-nies biex jagħtu daqqa t’id biex titnaddaf il-Knisja u kif jixhed il-filmat, kienu bosta voluntiera li wieġbu għas-sejħa.