Hekk kif kien prevvist, il-maltemp laħaq il-gżejjer Maltin fejn matul il-jum tas-Sibt u anke l-Ħadd ix-xita kompliet tippersisti b’irwiefen qawwija.
Ilbieraħ il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri appella u qal kif il-Forzi tal-Ordni huma ppreparati għal bosta ċirkostanzi imprevedibbli.
Huwa appella għall-kawtela minn kulħadd.
Ilbieraħ għal xi ħin ġie sospiż is-servizz tal-Gozo Channel kawża tal-maltemp.
L-irwiefen ta’ matul il-lejl ikkawża ħsarat f’bosta toroq fosthom bil-qtugħ ta’ siġar u saħansitra karozzi li mxew mal-kurrent fil-baħar.
It-temp illum se jsir pjuttost imsaħħab kultant u b’xi ħalbiet iżolati tax-xita possibilment bis-silġ minn ħin għal ieħor, mirjieħ u jinħass kiesaħ bir-riħ mistenni jkun qawwi ħafna ta’ forza 7 mill-Punent.
Il-baħar qawwi ħafna l-aktar fejn jaqbel bl-ogħla temperatura ta’ ħmistax-il grad celsius.