Aktar minn 500 Awstraljan ġew bżonn l-għajnuna wara maltemp kbir li ħakem lil Sydney għall-għarrieda li kkawża għargħar, qtugħ ta’ dawl u dewmien f’titjiriet.
Fil-fatt, skont il-bassara tat-temp, l-amont medju ta’ xita li ssoltu jinżel f’xahar f’Sydney, niżel kollu f’temp ta’ sagħtejn f’jum wieħed.
L-awtoritajiet qalu li minn tal-inqas 11-il persuna ġew salvati minn karozzi li nġarru mal-ilmijiet, filwaqt li persuna oħra mietet f’inċident tat-traffiku kkawżat mill-maltemp.