Il-maltemp fi Sqallija ħasad il-ħajja ta’ persuna oħra, it-tielet vittma s’issa.
Angela Caniglia ta’ 61 sena nġarret mill-ilmijiet qawwija nhar il-Ħadd li għadda flimkien ma’ żewġha li wkoll miet kawża tal-għargħar.
Il-lejl li għadda kien iktar kajman meta kkumparat mal-iljieli ta’ qabel, iżda l-ħwienet, uffiċċji pubbliċi u skejjel illum baqgħu magħluqin minħabba ċiklun li qed jifforma bejn pajjiżna u Sqallija.
Iżda dan iċ-ċiklun, li jista’ jinbidel f’urugan Mediterranju, mistenni jolqot il-gżira ġara tagħna aktar tard mal-jum jew il-Ġimgħa filgħodu.