Il-gazzetta MaltaToday ġiet illiberata minn akkużi ta’ disprezz tal-Qorti b’rabta ma’ pubblikazzjoni ta’ recordings tal-interrogazzjoni ta’ Melvin Theuma mill-Pulizija.
Il-MaltaToday kienet mixlija mid-Direttur tal-Qrati li kiser ordnijiet tal-Qorti, biex ma joħorġux fil-pubbliku r-recordings, ippreżentati fil-kumpilazzjoni kontra Yorgen Fenech.
Fil-Qorti, il-MaltaToday sostniet li meta ħarġu dawn ir-recordings, kienu għadhom ma xxandrux fil-Qorti.
Għall-MaltaToday dehru l-Avukati Veronique Dalli u Andrew Saliba.