MaltaPost kienet ingħatat multa mill-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni l-(MCA) minħabba li damet ma wasslet posta lejn destinazzjonijiet lokali.
B’riżultat ta’ dan il-MaltaPost ġiet immultata €10,159 li se tkun imħallsa bħala parti mill-kumpens kollettiv li se jmur fil-kaxxa ta’ Malta.
Il-MaltaPost l-uniku entità li tipprovdi dan is-servizz f’pajjiżna, għandha mira li 95% tal-posta kemm żgħira u anke kbira tasal l-għada.
Fis-sena finanzjarja bejn Ottubru 2018 sa Settembru 2019, il-mira ta’ posta kbira ntlaħqet b’95.38%, filwaqt li 93.21% ta’ posta żgħira waslet fil-ħin. Dawn ir-riżultati ħarġu minn estimi indipendenti li kienu kkummissjonati minn MaltaPost kif obbligat mir-regolatur.
Fl-istess waqt l-MCA wkol tagħmel l-awditjar mir-riżultati tal-MaltaPost dan sabiex tkun żgurata l-eżattezza.
Il-Kap Eżekuttiv tal-MCA, is-Sur Jesmond Bugeja qal li l-MCA hija regulatur biex tara li qed jingħata servizz postali adegwat.
L-MCA tħeġġeġ lill-pubbliku biex jekk għandhom xi diffikultajiet b’rabta mas-servizz postali tikkuntattjaha 21336840 jew b’email fuq:customercare@mca.org.mt.