Is-Sibt filgħaxija waslet fi tmiemha l-ewwel edizzjoni tal-maltabiennale.art.
Waqt ċerimonja li saret fil-Palazz Verdala, il-President Myriam Spiteri Debono rringrazzjat lil 118-il artist u artista minn 35 pajjiż differenti li ħadu sehem f’dan il-biennale inkluż Malta.
Fid-diskors tagħha, il-President sostniet kif il-biennale ma kienx biss opportunità għall-artisti Maltin iżda fetaħ orizzonti oħra għal artisti minn madwar id-dinja. awgurat li s-suċċess ta’ dan l-ewwel biennale ta’ Malta jkun ripetut fis-snin li ġejjin filwaqt li
Il-President stqarret li baqgħet impressjonata mill-majestrija fit-twaħħid ta’ oriġinalità fil-materjali użati u ġeneri artistiċi oħrajn, u espremiet l-apprezzament tagħha għall-inklużjoni ta’ temi attwali ta’ gwerra u paċi f’din l-ewwel edizzjoni tal-maltabiennale.art.
Min-naħa tiegħu, ċ-Chairman ta’ Heritage Malta u President tal-maltabiennale.art 2024, is-Sur Mario Cutajar qal kif dan il-biennale kien proġett fit-tfassil ta’ viżjoni li tagħmel is-siti ta’ Heritage Malta iktar rilevanti għas-soċjetà li ngħixu fiha.
Fid-diskors tiegħu, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, stqarr li jinsab kburi illi Malta hija l-ewwel pajjiż li ospitat l-patronaġġ tal-UNESCO għal Malta Biennale tal-Arti 2024.
Matul is-serata, ingħataw tliet premjijiet, bl-ewwel wieħed ikun dak tal-għażla tan-nies li ntrebaħ minn Dolphin Club bix-xogħol The Oracle 2024, esebit fis-Sajlos tal-Qamħ fic-Ċittadella, Għawdex. It-tieni premju kien dak ta’ l-aħjar padiljun li ntrebaħ minn ‘Il-Kamra n-Nadifa’ li kien imtella fil-Mużew tal-Arkeoloġija, fil-Belt Valletta. Il-Kuraturi ta’ dan il-padiljun kienu Azad Asifovich u Asli Samadova; artista Sofie Muller. It-tielet u l-aħħar premju kien dak ta’ l-aħjar biċċa xogħol tal-arti li ntrebaħ minn Tereza Antignani bix-xogħol ‘Deposizione 2024’ li kien esebit fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta.