Il-Malta Women’s Lobby kkritikat lill-Ombudsman wara li dan ma appunta lill-ebda mara fost erba’ Kummissarji li għadu kif ħatar.
L-istqarrija fil-konfront tal-Ombudsman, Anthony Mifsud, waslet jum wara li tħabbru Kummissarji ġodda għall-oqsma tas-Saħħa, l-Edukazzjoni, l-Ambjent, u l-Ippjanar.
Fi stqarrija, il-Malta Women’s Lobby sostniet li n-netwerk tradizzjonali pprevala fil-proċess ta’ nominazzjonijiet.
Qalet ukoll li temmen li hemm bżonn ta’ aktar impenn sabiex nisa kwalifikati jiġu appuntati f’dawn l-irwoli.
Il-Kummissarji jiġu appuntati mill-Ombudsman u joperaw bħala uffiċjali awtonomi tal-Parlament. Huwa jgawdu wkoll mill-indipendenza li jgawdi l-Ombudsman.
L-Ombudsman ipproċeda b’dawn il-ħatriet minkejja li l-mandat tiegħu skada f’Marzu li għadda.